Tuesday, November 26, 2024

Għalliema f’atti sesswali ma’ student tiffranka ikla ħabs għax “ma ġiex maħqur”

L-Imħallef jikkundannaha li kellha x'taqsam sesswalment ma' student li sippost kienet qiegħda tieħu ħsieb

Aqra wkoll

Għalliema li kellha x’taqsam sesswalment ma’ student ta’ 16-il sena fl-Awstralja frankat ikla ħabs wara li l-Qorti ddikjarat li l-istudent ma kienx maħqur.

Monique Ooms ta’ 31 sena jidher li ħadet avvanz fuq l-istudent li kien fi stat vulnerabbli minħabba li kien qiegħed jibki t-telfa ta’ ħabib tiegħu.

Instab li kien hemm mill-inqas erba’ każi fejn it-tnejn kellhom x’jaqsmu sesswalment is-sena li għaddiet inkluż fir-residenza tagħha u fil-karozza.

L-Imħallef John Smallwood madanakollu qal li normalment f’sitwazzjonijiet bħal dawn ikollok studenti li jispiċċaw maħqurin wara li l-istorja tagħhom toħroġ fil-beraħ, iżda dan ma kienx il-każ.

Ir-relazzjoni bejn it-tnejn bdiet meta l-għalliema bdiet tibgħat messaġġi lill-istudent fuq il-midja soċjali u iżjed tard anke ritratti tagħha bil-ħwejjeġ ta’ taħt.

L-iskola rċeviet żewġ rapporti dwar ir-relazzjoni ta’ bejn it-tnejn u meta mistoqsi l-istudent qal li huma kienu biss ħbieb.

Madanakollu aktar tard l-għalliema ammettiet li kellha x’taqsam sesswalment erba’ darbiet mal-istudent. 

Min-naħa tiegħu l-Imħallef saħaq li l-iżball ma kienx ir-rapport sesswali bejn it-tnejn, iżda li Ooms kellha x’taqsam sesswalment ma’ student li sippost kienet qiegħda tieħu ħsieb.

Il-Qorti semgħet ukoll kif l-għalliema ġiet irredikolata pubblikament, tilfet l-impjieg u spiċċat tingħata kura mentali minħabba attentati ta’ suwiċidju.

Issa l-mara qiegħda taħdem fil-kostruzzjoni u riċentament anke tkellmet dwar ħajjitha fuq il-midja soċjali.

Sport