Thursday, April 18, 2024

Ghana b’pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Korea t’isfel…. 2

Ghana…………. 3

Ghana għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għall-Aħħar 16 meta għelbu lill- Korea t’Isfel bl-iskor ta’ 3-2 li sfaw eliminati.

L-Afrikani fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Mohammed Salisu (24) u Mohammed Kudus (34).

Iżda fit-tieni taqsima, il- Koreani kisbu d-draw minn żewġ daqqiet ta’ ras ta’ Cho Gue-Sung (58) u Cho Gue-Sung (61).

Il-logħba saret mill-aktar interessanti fejn setgħet marret kull naħa. Iżda kienu l-Ghana li skorjaw il-goal tar-rebħa minn Mohamed Kudus (68) li xeħet fir-rokna tax-xibka minn pożizzjoni angolata. 

Korea t’Isfel: Kim Seung-Gyu, Jin-Su Kim, Kim Young-Gwon,  Min-Jae Kim (Kyung-Won Kwon 92), Kim Moon-hwan,  Woo-Young Jung (Ui-jo Hwang 79), Hwang In-Beom, Son Heung-Min, Woo-Yeong Jeong (Na Sang-Ho 46), Chang-Hoon Kwon (Lee Kang-In 57), Cho Gue-Sung – Coach: Paulo Bento

Ghana: Lawrence Ati Zigi, Gideon Mensah (Abdul Rahman Baba 88), Mohammed Sa­lisu, Daniel Amartey, Tariq Lamptey (Denis Odoi 78), Salis Abdul Samed, Mohammed Kudus (Alexander Djiku 83), Thomas Teye Partey, Jordan Ayew (Daniel-Kofi Kyereh 79), Inaki Williams, Andre Ayew (Kamal-Deen Sulemana 78) – Coach: Otto Addo          

Referee: Anthony Taylor (Ingilterra)

Assistenti: Gary Beswick, Adam Nunn (Ingilterra)

Ammoniti: W. Jung, K. Gwon (K); D. Amartey, T. Lamptey (G)

Ekonomija

Sport