Monday, April 29, 2024

Tfal evakwati minn childcare wara nirien f’residenza fl-Imsida … tim mediku jassisti kelb

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Persuna ttieħdet l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m residenza fi Triq Garcin fl-Imsida.

Fil-post issejħu minnufih pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu.

Talk.mt jinsab infurmat li bħala miżura ta’ prekawzjoni ġew evakwati xi tfal minn Childcare Centre li hemm taħt ir-residenza li fiha tkebbsu n-nirien.

Mir-residenza ġiet evakwata persuna li ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura minħabba dħaħen li laħqet belgħet iżda jidher li l-kundizzjoni tagħha hija waħda stabbli. Tim mediku deher jagħti l-ossiġnu kelb li nqabad fl-istess binja wara li dan inħareġ mill-pumpiera.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport