Friday, December 13, 2024

Għawdex jibqa’ bla bini tal-Qorti ġdid… s’issa

Aqra wkoll

Għawdex, s’issa baqa’ mingħajr bini ta’ Qorti ġdid u dan hekk il-bini preżenti joffri ħafna sfidi fosthom ta’ inaċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità.

Il-Kamra tal-Avukati Għawdxija fi stqarrija qalet li

b’dispjaċir illi ser tibda sena forensi oħra mingħajr ma nstabetsoluzzjoni għall-problema akuta ta’ nuqqas ta’ spazju fil-bini tal-Qorti f’Għawdex kif ukoll l- inaċċessibilità tal-istess binja għall-anzjani u d-diżabbli.

Matul is-snin saru diversi proposti għal sit alternattiv għall-bini tal-Qorti f’Għawdex u anke nħarġu permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar bi spiża kbira għall-erarju pubbliku imma l-ebda proposta qatt ma’ ġiet imwettqa għal xi raġuni jew oħra.

F’Jannar 2023, l-Agenzija għas-Servizzi tal-Qorti għamlet wkoll sejħa għall-proposti sabiex jiġi identifikat post alternattiv għall-Qorti t’Għawdex imma ħadd ma jaf x’kien l-esitu ta’ dina s- sejħa. Lanqas jidher li ġie identifikat xi sit partikulari li jista’ jaqdi l-funzjoni ta’ binja tal-Qorti.

Avukati Għawdex tinnota wkoll b’dispjaċir illi sit f’post ċentrali fir-Rabat, Għawdex li kien ġie identifikat għall-bini tal-Qorti f’Għawdex issa ser jiġi zviluppat biss bħala parkeġġ meta l-proposta oriġinali kienet ukoll tinkludi faċilitajiet estensivi ta’ parkeġġ.

Għaldaqstant, Avukati Għawdex jinsistu sabiex l-awtoritajiet konċernati finalment jieħdu d-deċiżjonijiet opportuni mingħajr aktar dewmin sabiex jkun identifikat is-sit idonju li jospita l-ediffiċju tal-Qorti t’Għawdex u jattwaw l-istess b’timeframes konkreti. Dan kollu biex il-Poplu Għawdxi u kull minn jagħmel użu mill-Edifiċċju tal-Qorti ta’ Għawdex ikollu servizz minn bini li jixraq lill-Poplu u dinjituż.

Ekonomija

Sport