Wednesday, April 24, 2024

Għexieren ta’ persuni jmutu u diversi oħrajn irrapportati nieqsa kawża ta’ għargħar fil-Veneżwela

Aqra wkoll

Madwar 36 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 56 għadhom irrapportati nieqsa wara li valangi laqtu djar residenzjali fil-belt ta’ Las Tejerías ġewwa l-Veneżwela. 

Fil-preżent hemm xejn inqas minn 1,000 ħaddiem tal-emerġenza li qed jaħ­dmu f’operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ. Fid-dawl ta’ din it-traġedja, il-Viċi President tal-pajjiż Delcy Rodríguez qalet li qiegħed isir dak kollu possibbli biex jiġu salvati kemm jista’ jkun nies filwaqt li tat il-kondoljanzi tagħha lill-qraba tal-vittmi. Min-naħa tiegħu l-President Nicolás Maduro ddikjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali. 

Rapporti inizjali fil-midja tal-pajjiż kienu qed jgħidu li kien hemm 25 persuna li tilfu ħajjithom, iżda sfortunatament il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Remigio Ceballos ikkjarifika mal-ġurnalisti li n-numru bħalissa huwa ta’ 36.

Din it-traġedja seħħet hekk kif xita torrenzjali faqgħet l-ilqugħ tax-xmara El Pato u b’hekk ammont kbir ta’ ilma niżel f’Las Tejerías u kaxkar dak kollu li sab quddiemu. Din il-belt tinsab 50 kilometru bogħod mill-kapitali Caracas. 

Sport