Wednesday, December 11, 2024

“Għix ġurnata b’ġurnata għax qatt ma tkun taf x’jista jiġri l-għada”

- Tingħata l-aħħar tislima lill-Julia Chetchuti

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu bosta kienu dawk li nġabru fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija, sabiex tingħata l-aħħar tislima lil Julia Chetcuti, tifla Maltija ta’ 10 snin li tilfet il-battalja mal-kanċer.

Waqt il-quddies inqrat nota li kitbet Julia qabel ħalliet din id-dinja, fejn fiha irrimarkat li l-pubbliku għandu jibqa’ jiftakarha minn diversi aspetti, fosthom li wieħed għandu jibqa’ jkun kuraġġuż fl-iktar mumenti diffiċli.

Fl-istess nota hija kitbet li għalkemm ikollna stwazzjonijiet ferm diffiċli fil-ħajja, ma għandna naqtgħu qalbna qatt u li dejjem għandna nibqgħu pożittivi. Kitbet ukoll; “L-imħabba tiegħi għall-iskola u l-ħerqa biex nitgħallem – Skola Santa Monica li hija l-familja tiegħi”

Ekonomija

Sport