Sunday, October 27, 2024

Għotja oħra ta’ €200,000 biex titlesta binja li tgħin persuni ma jerġgħux jaqgħu fil-vizzju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-akkomodazzjoni soċjali f’Malta mhijiex biss li tagħti ġebla jew ċavetta iżda li persuna bżonn is-sapport tkun hemm għaliha”. Sostna dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes waqt il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Caritas li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Ministru Galdes kompla biex jispjega dwar ir-realtà ta’ persuna bil-vizzju tad-droga li jispiċċa jitlef kollox u għalhekk il-Caritas hija t-tama li hemm bżonn. Għal dan il-għan il-gvern kien beda l-proġett ta’ blokka t’appartamenti fin-Naxxar biex flimkien mal-Caritas, persuni li jkunu bdew il-programm jitbiegħdu kemm jista’ jkun mix-xibka ta’ qabel u ma jerġgħux jaqgħu. Il-Ministru qal li l-Awtorità tad-Djar kienet ikkommettiet li tiffinanzja 80 fil-mija tal-proġett bi spiża ta’ €280,000. 

Il-Ministru qal li dan il-gvern mhux lest li jieqaf jgħin u kkommetta li biex dan il-proġett li se jkun qiegħed jibda fil-bidu tas-sena li ġejja, ikun kompletament iffinanzjat u għalhekk ħabbar għotja oħra ta’ €200,000 għal total ta’ €480,000.

Sport