Friday, April 19, 2024

Godfrey Abela jirbaħ il-Gejtu Degabriele Challenge Cup

Aqra wkoll

l-Ħadd li għadda, il-klabb ta’ Domus Żejtun organizza l-Gejtu Degabriele Challenge Cup fejn diversi plejers tad-darts maskili u femminili ħadu sehem.

Wara numru ta’ logħbiet li saru fuq bażi knock-out, ir-rebbieħ ta’ dan it-turnament kien Godfrey Abela bit-tieni post jieħdu Kevin Aquilina b’Olwyn Abela u Tony Borg jispiċċaw fit-tielet post.

Mill-banda l-oħra, Tony Borg kiseb l-aqwa finish, dak ta’ 164 punt.

It-trofej kienu sponsorjati minn Alicia Bugeja Said, Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali.

Sport