Thursday, April 18, 2024

Granit Xhaka investigat b’allegat każ ta’ korruzzjoni

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Svizzeru ta’ Arsenal, Granit Xhaka, qed jiġi investigat b’suspett ta’ korruzzjoni li fiha kienet involuta wkoll il-Mafja Albaniża.

Xhaka, li għandu 29 sena, intwera l-karta s-safra fit-86 minuta, fil-logħba kontra Leeds United, li ntlagħbet f’Elland Road, f’Diċembru 2021.

Xhaka dam aktar minn 20 sekonda biex jagħti free-kick fir-rebħa ta’ 4-1 tal-Gunners …  bil-konsegwenza li r-referee urieh il-karta s-safra minħabba l-ħela ta’ ħin.

Din il-mossa qajmet suspett kbir wara li ntlagħbet imħatra ta’ €80,000 li fl-imsemmija logħba Xhaka jiġi ammonit. Fil-fatt hekk ġara biex ir-rebbieħ ingħata ħlas ta’ €300,000.

Barra minn f’din l-investigazzjoni ġiet żvelata evidenza ta’ somom kbar illegali mill-cryptocurrency fis-swieq li mhumiex regolarizzati mill-gvernijiet.

L-Aġenja Internazzjonali kontra l-Kriminalitá sabet li l-ex player Albaniż, Alban Jusufi, ta’ 41 sena, lagħab somma kbira li Xhaka jkun ammonit fil-logħba kontra Leeds United.

Fl-2017, Jusufi kien ġie sospiż ħames snin wara li nstab ħati li pprova jixtri lill-goalkeeper ta’ AIK Stockholm, Kyriakos Stamatopoulos, għal £180,000 biex jilgħab ħażin fid-derby kontra IFK Gonthenburg.

Minkejja li Xhaka jilgħab għall-Isvizzera, l-oriġini tiegħu hija Albaniża. Huwa kien ġie mmultat mill-UEFA €8,000 wara li għamel is-simbolu tal-ajkla Albaniża fil-partita bejn l-Isvizzera u s-Serbja, f’partita valida mit-Tazza tad-Dinja 2018.

Ekonomija

Sport