Tuesday, April 23, 2024

Chelsea jiffirmaw lil Marc Cucurella għal £62 miljun

Aqra wkoll

Chelsea ffirmaw lid-difensur Spanjol, Marc Cucurella, mingħand Brighton biex se jkun jista’ jilgħab fil-logħba tal-Premier League Ingliż kontra Everton, is-Sibt.

Is-somma nvoluta hija dik ta’ £62 miljun biex dan il-player ta’ 24 sena sar is-seba’ difensur li sewa l-aktar flus fil-Premier.

Huwa kien deher destinate li jingħaqad ma’ Manchester City iżda issa huwa ffirma kuntratt ta’ sitt snin mal-Pensioners.

Minkejja li huwa jilgħab fuq il-faxxa xellugija, huwa kapaċi wkoll jilgħab bħala difensur ċentrali.

Sport