Saturday, May 4, 2024

“Grazzi lill-ħaddiema li ma jifqux jaħdmu biex inaddfu l-lokalità tagħna”

Aqra wkoll

Wara li dan is-sit ġibed l-attenzjoni li għadd ta’ persuni ilmentaw minn ammont ta’ siringi li kienu mormijin fi ġnien pubbliku fir-Rabat, is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus ikkonferma li s-siringi li kienu jinsabu f’Howard Gardens Imdina tneħħew mill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.

Huwa rringrazzja lil dawk il-ħaddiema kollha li ma jifqux jaħdmu fl-elementi kollha tat-temp biex inaddfu din il-lokalità.

Huwa sostna li għandu jiżdied l-apprezzament lejn dawn il-ħaddiema tax-xogħol tagħhom fis-skiet fejn ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kollox, fost l-oħrajn ma’ rimi ta’ skart perikoluż.

Sport