Friday, May 3, 2024

Grech fiduċjuż li d-distakk qiegħed jonqos u ottimist għall-elezzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika mir-Rabat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li bħal kulħadd qiegħed jinnota li l-familja tal-Partit Nazzjonalista qiegħda tikber kuljum.

Rigward is-sondaġġi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dawn qegħdin jitjiebu u d-distakk qiegħed jonqos ftit kuljum, iżda l-aqwa sondaġġ jibqa’ dak tas-26 ta’ Marzu u għalhekk mhux se jaħli l-enerġija u se jibqa’ jikkonvinċi lin-nies biex iduru lejn il-Partit Nazzjonalista.

Waqt l-intervista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ kkwota dwar kif 70 fil-mija taż-żgħażagħ qegħdin iħossuhom fgati jgħixu f’pajjiżna għax ma jħossux li hawn l-opportunitajiet.

Grech qal li l-għażliet f’ħajjitna huma li ċċedi u titlaq, jew tiddeċiedi li tagħmel xi ħaġa. Huwa qal li kien għalhekk li hu ddeċieda li jidħol fil-politika bis-saħħa u ġie fdat imexxi l-Partit Nazzjonalista.

Sostna li m’hemmx għalfejn tidħol fil-politika “biex tbiddel din is-sitwazzjoni”, u rrefera għal dawk kollha li huma parti mill-ħidma fi ħdan il-partit.

Fost l-oħrajn huwa tkellem dwar il-ġurnalisti, il-camera persons, l-udjenza u saħansitra dawk li qegħdin jagħmlu xogħol volontarju aktar mill-qrib mid-Dar Ċentrali.

F’messaġġ ta’ tama, Grech qal li flimkien nistgħu nġibu l-bidla billi l-ewwel jinbidel il-gvern għal wieħed ta’ viżjoni bħalma huwa l-Partit Nazzjonalista.

Sport