Saturday, December 28, 2024

Grech jgħid li l-PN jaħdem b’għaqal u bi pjan biex jiggarantixxi provvista tad-dawl

Aqra wkoll

Gvern Nazzjonalista jaħdem b’għaqal, b’serjetà, u bi pjan biex jiggarantixxi l-provvista tad-dawl. Il-PN fil-Gvern, ma jħallix l-isptar ġenerali t’Għawdex fl-istat li hu, imma jibni sptar ġdid, jirrijabilita l-isptar San Luqa, jagħmel ftehim mal-privat bi pjan u mhux b’emerġenza u jtejjeb il-kundizzjonijet tax-xogħol u l-pagi ta’ dawk li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.

Dan qalu il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f’kollegament telefoniku fuq l-istazzjoni ta’ NET TV. L-allegazzjonijiet dwar il-Gvern ma naqsmux, hekk kif f’mument minnhom Grech allega li l-Gvern qiegħed jarmi d-drenaġġ mhux trattat fil-baħar u qal li dan il-Gvern rema l-investimenti li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti.

B’referenza għal Gvern, il-Kap tal-PN saħaq li dan ma għandux pjan u li minħabba dawn ir-raġunijiet, il-poplu qed jispiċċa għal sigħat twal mingħajr elettriku

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar iż-żieda fil-popolazzjoni u qal li l-Gvern għandu jinvesti aktar fl-infrastruttura tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport