Saturday, November 23, 2024

“Grech qal li l-gvern ma jridx jgħin lin-negozji… Il-PM ħabbar li se jkompli jgħin” – Il-PL

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni tkellem il-mexxej tal-PL Robert Abela u dak tal-PN Bernard Grech, fejn it-tnejn trattaw temi importanti fis-soċjetà Maltija, il-PL fi stqarrija maħruġa minnu sostna li l-Kap tal-Oppożizzjonijiet mhuwiex kredibbli.

L-istqarrija tgħid li “fost ħafna għajjat, anke meta jkun qed jitkellem waħdu, Bernard Grech dejjem jgħid xi ħaġa li turi kemm mhux kredibbli.”

Il-Partit Laburista għamel referenza għall-frażi fejn qal li l-Prim Ministru “ma jridx jgħin lin-negozji li qegħdin ibatu minħabba t-tul tal-pandemija.” 

Mhux biss għax Grech qal hekk wara li l-Prim Ministru reġa’ spjega kif il-gvern se jkompli jgħin lin-negozji, iżda wkoll għax ilu xhur jgħid jgħid li l-għajnuniet li ta l-gvern huma tberbiq ta’ flus.

Sport