Thursday, April 25, 2024

Il-pieni marbuta mal-istupru huma biżżejjed?

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis f’intervista li kellu ma’ dan is-sit spjega kif f’pajjiżna reat ta’ stupru iġorr miegħu piena ta’ disa’ snin ħabs. Id-domanda tagħna għal dan kienet jekk bħala Ministru jħossx li dawn il-pieni jsiru aktar qawwijin.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis wieġeb għal dan billi qal li “ninkwieta għax kulħadd beda jgħid li jrid minn ottika legali. Kien hawn konfużjoni jew ħafna kkummentaw b’mod konfużjonali x’hemm fil-kodiċi penali.  Għar-reati kollha fuq in-nisa l-pieni dejjem żdiedu. F’dan il-każ li seħħ il-Ħadd, hu każ  ta’ omiċidju volontarju. Dan iġib il-piena massima ta’ għomor il-ħabs. Din hi l-ogħla piena taħt il-liġi tagħna. Dan ma jneħħi xejn mill-obbligu tal-gvern li jagħmel dak li jħoss li hu xieraq.  Ix-xejra kienet li nżidu l-pieni. B’ħidma li għamilna jien u l-Ministru Michael Falzon, żidna l-pieni b’rabta ma’ offiżi sessswali. Fejn jidħlu assalti indiċenti vjolenti ukoll żidna l-pieni. M’hemmx dubju li l-gvern hu impenjat li sitwazzjoni bħal dik li ġrat nhar il-Ħadd li għadda,  ma jerġgħux jiġru.”

Sport