Tuesday, May 14, 2024

Grech u Delia jiddeskrivu l-jum tal-lum bħala rebħa għall-poplu Malti

Aqra wkoll

“Illum rebħet Malta!” Din kienet l-għajta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kif ukoll tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, fl-indirizz tagħhom waqt konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mad-deċiżjoni tal-Qorti li annullat il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.

Grech beda biex jirringrazzja lil Delia li meta kien Mexxej tal-Partit Nazzjonalista fetaħ din il-kawża, filwaqt li rrikonoxxa l-ħidma tal-Qorti f’dan ir-rigward li ġabet l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi. Huwa kompla billi wiegħed li bħala partit, il-Partit Nazzjonalista huwa kommess illi jara li s-sentenza mogħtija mill-Qorti tiġi onorata.

Min-naħa tiegħu Delia enfasizza l-jum li fih ingħatat is-sentenza mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili bħala “Storja legali li ħa tibqa’ tiġi rrakkuntata għal żmien twil”.

Sport