Friday, May 3, 2024

GREE Sliema Hotsticks jippreparaw għal Euro Hockey Challenge fit-Turkija

Aqra wkoll

GREE Sliema Hotsticks se jkunu qed jipparteċipaw fit-tieni diviżjoni tal-Euro Hockey Challenge League li se jsir fil-belt Torka ta’ Kirkrareli bejn is-26 u d-29 ta’ Mejju li ġej.

Is-Slimiżi telgħu biex jilagħbu f’Pool A li fih jinkludi tliet timijiet oħra li huma HC Luxembourg, SLF Mesaicos tal-Iżvezja u Vantaa HC tal-Finlandja.

Bħalissa s-Slimiżi intensifikaw is-sessjonijiet ta’ taħriġ tagħhom taħt il-gwida tal-kowċ Andrew Monaghan tant li f’dawn il-jiem qed jilagħbu wkoll xi partiti ta’ ħbiberija.

GREE Sliema Hotsticks jibdew l-impenji tagħhom fis-26 ta’ Mejju meta jilagħbu kontra Vantaa HC sabiex l-għada jaffaċċjaw lil HC Luxembourg.

Fit-28 ta’ Mejju huma jilagħbu l-aħħar logħba tal-grupp kontra SLF Mesaikos bit-tama li jiksbu ranking tajjeb għal-logħbiet tant importanti li jintlagħbu l-għada fejn jiġi deċiż f’liema pożizzjoni jkunu spiċċaw.

GREE Sliema Hotsticks rebħu l-kampjonat fl-istaġun 2021/22 u b’hekk ingħataw id-dritt li jipparteċipaw f’din id-diviżjoni li hi waħda ferm iebsa.

Sport