Thursday, April 18, 2024

Gudja United jagħmlu pass kbir lejn is-salvazzjoni

Aqra wkoll

Gudja United ……….1

Sliema Wanderers ….0

F’konfront dirett min-naħa t’isfel tal-klassifika, Gudja United għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0 biex filwaqt li għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni, ħallew lis-Slimiżi jkomplu jogħdsu fil-qiegħ tal-klassifika.

Fis-sitt minuta, il-coach Taljan ta’ Sliema Wanderers, Andrea Pisanu, kien kostrett jeffettwa sostituzzjo­ni sfurzata meta weġġa’ l-goalkeeper David Cassar, biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Timmy Aquilina,

Fl-ewwel azzjoni pe­ri­koluża li waslet fit-23 minuta, Gudja United fetħu l-is­kor meta Gabriel Mensah   kellu xutt angolat fil-baxx jiġi devjat minn difensur ta’ Sliema Wanderers qabel wasal għand TENSIOR GUSMAN li minn taħt il-lasti spara fix-xibka.

Huma komplew fuq l-offensiva u sitt minuti wara Gabriel Mensah kellu xutt mid-distanza jiġi salvat mingħajr wisq diffikultá minn Aquilina.

Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Wanderers spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Raffaele Schiavi permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ik­rah li wettaq fuq player avversarju.

Konxji mill-fatt tas-superjoritá numerika, fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Gudjani ħarġu ferm aggressivi u fit-53 minuta Matias Muchardi li kien qed jilgħab kontra l-ex team tiegħu, xeħet cross-shot li minn taħt il-lasti Mensah ġiegħel lil Aquilina jwettaq save biex salva goal ċert.

Fit-73 minuta, free-kick in­sidjuż ta’ Danny Holla mid-distanza għas-Slimi­żi ġie salvat b’mod spettakolari mill-goalkeeper Glenn Zammit.

Wara dan ma ġiet reġistrata l-ebda azzjoni perikoluża biex il-Gudjani ħarġu mill-ground bit-tliet punti!

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Matias Muchardi, 7-Aidan Jake Friggieri (22-Hubert Vella 76), 8-Rodolfo Soares (81-Neil Micallef 43), 9-Tensior Gusman (20-Nika Dzalamidze 59), 10-Llyweyln Cremona (6-James Arthur 46), 17-Gabriel Mensah, 19-Ahinga Bienvenu Selemani, 23-Neil Tabone, 25-Juan Bolanos, 99-Marcelo Dias  – Coach: Thane Micallef

SLIEMA W.: 24-David Cassar (1-Timmy Aquilina 6), 4-Raffaele Schiavi, 11-Ruslan Kisil (72-Jean Carlos Cloth Goncalves 46), 18-Edmond Agius (8-Mark Scerri 78), 21-Danny Holla, 23-Matteo Piciollo (99-Valmir Berisha 62), 25-Yuki Uchida (5-Kurt Shaw 46), 29-Oscar Linton Bethancourt, 30-Jean Paul Farrugia, 61-Myles Beerman, 88-Dejan Vukovic – Coach: And­rea Pisanu

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, James Muscat

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORER: T. Gusman 23 (GU)

AMMONITI: R. Kisil, Y. Uchida, D. Holla, M. Piciollo, O.  Bethancourt (SW), N. Tabone, L. Cremona, G. Zammit (GU)

TKEĊĊA: R. Schiavi 45 (SW) 

Ekonomija

Sport