Ġuvni ta’ 15-il sena residenti l-Mosta ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegatament għamel theddida ta’ bomba fl-iskola sekondarja tal-Mosta.
Kien għall-ħabta tad-9.00am li l-pulizija rċeviet telefonata fejn vuċi maskili għamlet theddida ta’ bomba fl-iskola sekondarja tal-Mosta.
Immedjatament bdiet evakwazzjoni tal-istudenti mill-imsemmija skola, kif ukoll issejħu l-membri tal-Forzi Armati li għamlu tfittxija, li rriżultat fin-negattiv.
Fi ftit sigħat, il-pulizija wasslu għall-arrest tal-ġuvni, li huwa ta’ nazzjonalità Taljana u li allegatament huwa l-moħħ wara dan il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

