Sewwieq ħelisha ħafna wara li għall-ħabta tas-5.45pm inqaleb fir-ready-mix li kien qiegħed isuq fi Triq Vjal Ragusa fil-Mosta.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li hekk kif inqaleb it-trakk laqat karozza Toyota Vizt u b’xorti tajba s-sewwieq tal-karozza lanqas sofra ġrieħi.
Fuq il-post marru ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili minħabba ammont ta’ żejt li ħareġ mit-trakk u anke biex ineħħu kull periklu.
Il-Pulizija jinsabu fuq il-post imexxu l-investigazzjonijiet.

