Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa (2100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza biswit blokka ta’ appartamenti fi Triq il-Fortizza, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Skoċċiż ta’ 21 sena waqa’ madwar 3 sulari minn gallarija t’appartament fl-istess triq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

