Wednesday, April 24, 2024

Ġuvni bla dar jisraq “għax bil-ġuħ”

Aqra wkoll

Sahal Jama Mohammed ta’ 19-il sena bla dar ammetta li wettaq serqa minn ħanut fejn l-avukat tiegħu nsista li wettaq dan l-att minħabba li kien bil-ġuħ.

Is-Somalu tressaq b’arrest mill-Ispettur Andrew Agius Bonell quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Hu kien akkużat li seraq minn supermarket f’Birkirkara u minn ħanut f’Ħal Balzan. Skont l-akkużi hu seraq ukoll mobile phone.

L-Avukat David Bonello li qed jiddefendih qal li ġuvni seraq yoghurt, tonn taż-żejt u wraps għax kien bil-ġuħ.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li għandu jingħata piena ta’ ħabs sospiża.

Is-Somalu baqa’ jinżamm arrestat sakemm fil-25 ta’ Jannar tingħata s-sentenza.

Sport