Monday, May 6, 2024

“Gvern li wera bil-fatti fiduċja assoluta fiż-żgħażagħ”

Il-Ministru Jonathan Attard

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, b’rabta mal-Abbozz ta’ Liġi li se jippermetti li żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena jokkupaw il-kariga ta’ Sindku jew Viċi Sindku jekk ikunu eletti u jġibu l-akbar numru ta’ voti, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard saħaq li dan huwa Gvern li bil-fatti wera fiduċja assoluta fiż-żgħażagħ u r-rwol attiv li għandu jkollhom fid-demokrazija ta’ pajjiżna.

“L-istorja ma jħassarha ħadd. Il-Partit Laburista kien, għadu u se jibqa’ mfakkar bħala l-partit soċjali, riformista u li tassew jemmen f’demokrazija sħiħa u parteċipattiva. Kburi bil-fatt li tajt is-sehem tiegħi anke b’mod professjonali fit-tfassil ta’ diversi emendi leġiżlattivi li wasslu sabiex inkomplu nassiguraw li jkollna demokrazija aktar rappreżentattiva u ħajja,” qal il-Ministru Attard.

Finalment huwa qal li dan il-Gvern għandu fl-elettorat u fl-għażla li jagħmel. Qal li dan l-abbozz se jkun pass ieħor storiku fl-iżvilupp demokratiku ta’ pajjiżna u esprima s-sodisfazzjon li l-partit li jagħmel partit minnu għal darba oħra se jkun pijunier ta’ żvilupp daqstant kruċjali.

Sport