Monday, July 6, 2026

Gzira United FC iħabbru l-akkwist ta’ Albion Pllana

Aqra wkoll

Gzira United FC ħabbru l-akkwist ta’ Albion Pllana.

Id-difensur lemini ta’ 25 sena mill-Kosovo jingħaqad mal-Maroons hekk kif qed ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom bi players ta’ talent u ambizzjużi qabel l-istaġun il-ġdid.

Albion, eks plejer internazzjonali tal-Kosovo ta’ taħt il-21 sena, huwa difensur modern magħruf għall-veloċità tiegħu, id-dixxiplina difensiva u l-abbiltà li jappoġġja l-attakk. L-esperjenza internazzjonali tiegħu fil-livell tal-youths, flimkien mad-determinazzjoni u l-professjonaliżmu tiegħu, jagħmluh akkwist mill-aqwa għall-Maroons.

Gzira United FC laqgħu lil Albion fil-familja tagħhom u awgurawlu kull suċċess mal-Maroons.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport