Gzira United FC ħabbru l-akkwist ta’ Dinis Djadjo.
L-attakkant ċentrali ta’ 23 sena mill-Guinea-Bissau jingħaqad mal-Maroons wara perjodu impressjonanti fil-Portugall, fejn stabbilixxa ruħu bħala player offensiv perikoluż grazzi għall-veloċità, il-qawwa u l-abbiltà tiegħu li jsib ix-xibka.
Attakkant dinamiku bi preżenza fiżika qawwija u għajn għall-gowl, Dinis jasal lest għal sfida ġdida hekk kif Gzira qed ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom qabel l-istaġun li ġej.
Gzira United laqgħu lil Dinis fil-familja tal-Maroons u awgurawlu kull suċċess fil-futur.


