Thursday, April 24, 2025

Ħadd ma jweġġa’ fi splużjoni fil-Gżira

Aqra wkoll

Nar li qabad f’gallarija ta’ appartament fil-Gżira ġie segwit minn splużjoni qawwija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm Triq Edgard Bernard, il-Gżira.

Kelliem għall-Pulizija qal li dan is-sit li f’dan l-inċident ħadd ma weġġa’.

Kawża tal-isplużjoni diversi oġġetti taru għan-naħa l-oħra tat-triq fosthom ċilindru tal-gass.

Fuq il-post marru diversi uffiċjali tal-emerġenza li mill-ewwel bdew jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-kawża tan-nar u tal-isplużjoni għadhom qed jiġu investigati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport