Monday, May 13, 2024

Ħadd ma jweġġa’, iżda ssir ħsara fuq karozzi wara li waqa’ ġebel fi Triq San Nikola l-Belt

Aqra wkoll

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ hekk kif għall-ħabta tat-3.00pm waqa’ ġebel fi Triq San Nikola l-Belt Valletta. Dan kien anke kkonfermat minn kelliem tal-pulizija.

Minkejja li ħadd ma weġġa’ xorta waħda xi karozzi li kienu pparkjati fl-istess triq ġarbu xi ħsarat.

Jidher li l-ġebel waqa’ minn faċċata li qed tiġi rranġata.

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit filwaqt li rringrazzja lil pulizija li waslu fuq il-post fi ftit ħin qal li dan il-każ seta’ kellu konsegwenza ferm aktar agħar hekk kif ftit qabel kienu għaddejjin xi tfal biex imorru lura d-dar.

Belt Valletta Triq San Nikola – Incident ftit tal-hin ilu grazzi Mulej li ma wegga hadd ghax ftit minuti qabel ghaddew xi tfal lura d-dar.Nirringrazzja lill-Pulizija li wasslu mill-ewwel fuq il-post.

Jirriżulta li sa ftit tal-ħin wara l-ġebel kien tneħħa minn nofs u t-triq infetħet lura għat-traffiku.

Sport