Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi triq Pawlu Inguanez fir-Rabat.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Sirjan ta’ 19-il sena, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.