Friday, October 25, 2024

Ħames snin mill-qtil ta’ Lassana Cisse

Aqra wkoll

Bħal-lum erba’ snin ilu, Lassana Cisse, raġel ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju, inqatel kiesaħ u biered f’Birżebbuġa b’tiri ta’ arma tan-nar. Il-qtil ta’ Cisse huwa meqjus bħala l-ewwel każ ta’ qtil razzjali f’pajjiżna.

Żewġ eks suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta – Francesco Fenech ta’ 24 sena u Lorin Scicluna ta’ 25 sena – għaddejjin proċeduri fil-Qorti fejn jinsabu mixlija bid-delitt. It-tiri fatali kienu ġew sparati minn karozza li kienet qed tinstaq. Fl-istess omiċidju kienu ntlaqtu żewġ immigranti oħra mit-tiri sparati.

Fi stqarrija maħruġa mill-Moviment Graffitti, intqal li dan l-att faħxi kien maħsub biex jitterrorizza u jqajjem il-biża’ fil-komunità tal-immigranti suwed.

Il-Moviment Graffitti qal ukoll li jeħtieġ li l-Gvern jisħaq li r-razziżmu u l-preġudizzju mhux se jkunu tollerati.

Sport