Floriana…………..1
Hamrun S………..4
Hamrun S. ikkonvinċew bis-sħiħ u kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Floriana.
Għal Hamrun irritorna fl-azzjoni il-player internazzjonali Ryan Camenzuli wara li rkupra minn injury fl-għaksa, iżda ġie sostitwit minn Ederson Bruno Domingos fit-52 minuta.
Min-naħa l-oħra, Floriana, kellhom lil Guilherme Cioletti u Iago Mendonca sospiżi.
Il-Greens impenjaw lil Henry Bonello wara inqas minn żewġ minuti meta wara korner ta’ Paul Mbong, id-daqqa ta’ ras ta’ Rui Areias kienet salvata mill-goalkeeper Ħamruniż.
Iżda kienu Ħamrun li fetħu l-iskor fis-seba’ minuta meta pass mil-lemin tal-eks Marias Garcia kien segwit minn indeċiżjoni tad-difensur Furjaniż Alan Kurtalic, bl-attakkant Ħamruniż BLESSING ELEKE japprofitta minn dan kollu u jitfa’ l-ballun wara Pablo Picon, li ħa post il-goalkeeper regolari Guilherme Cioletti li kien sospiż.
Floriana wettqu reazzjoni tajba ġabu l-iskor indaqs f’nofs l-ewwel taqsima meta Ryan Camenzuli ġie ġġudikat mir-referee Ishmael Barbara li mbotta lil Paul Mbong fil-kaxxa u għalhekk ġie ordnat penalty favur il-Furjaniżi li ġie skurjat minn ZACHARY SCERRI għal-ewwel gowl tiegħu bil-flokk Furjaniż.
Ftit wara n-nofsiegħa logħob Hamrun kellhom żewġ xuttijiet ta’ Eleke u Joseph Mbong li t-tnejn kienu mbukkati minn Picon.
L-Ispartans reġgħu kienu perikolużi ftit wara meta wara corner ta’ Mouad El Fanis, Sven Xerri kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima Picon ħtieġlu kellu joħroġ barra minn postu biex bir-ras waqqaf il-ġirja ta’ Joseph Mbong.
F’nofs it-tieni taqsima Ederson Bruno kellu t-tentattiv tiegħu jinetmm barra. Fit-73 minuta Matthew Guillaumier ipprova b’xutt mid-distanza li mar ftit barra.
Fil-75 minuta Hamrun reġgpu resqu qrib li jsibu x-xibka b’żewġ xuttijiet ta’ Joseph Mbong kif ukoll ta’ Garcia li t-tnejn kienu salvati tajjeb minn Picon. Ftit wara l-goalkeeġer Spanjol reġa’ salva xutt mill-qrib ta’ Ederson Bruno Domingos.
Fit-78 minuta Ħamrun marru fil-vantaġġ meta pass ta’ Kirk Serber ġab lil JOSEPH ESSIEN MBONG f’pożizzjoni tajba, li qabeż lill-goalkeeper tal-Greens, Pablo Picon, u tefa’ fix-xibka.
Erba’ minuti qabel tmiem id-90 minuta JOSEPH MBONG reġa’ niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers meta rċieva l-ballun wara pass erratiku fid-difiża Furjaniża u tefa’ fix-xibka.
L-Ispartans issiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fil-ħin miżjud bir-raba’ gowl meta MICHELE CARBONI rċieva mingħand Jonny u skorja b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa.
Floriana: Martin Pablo Picon, Lara Antonio Abreu, Kenan Dervisagic, Zachary Scerri, Dunstan Vella (Jake Grech 62), Alen Kurtalic (Zyas Vella Newell 69), Kouya Mabea, Jose Francisco Teixeira (Gerrard Cann Rodgers 62), Julian Gonzalo Gamarra, Paul Mbong (Myles Beerman 46), Rui Manuel Areias (Emerson Piscopo 46) Coach: Daniel Portela
Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Compri, Sven Xerri, Matthew Guillaumier (Michele Carboni 87), Matias Nicolas Garcia, Joseph Essien Mbong, Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Blessing Eleke (Kleri Rick Serber 63), Mouad El Fanis (Jonny 51), Ryan Camenzuli (Ederson Bruno Domingos 52) Coach: Giacomo Modica
Referee: Ishmael Barbara
Ass. Referees: Jame Muscat, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Emmanuel Grech
Skorers: B. Eleke 7, J. E. Mbong 78, 86, M. Carboni 91 (H), Z. Scerri pen. 23 (F)
Ammoniti: B. Eleke, V. Polito (H), R. M.Areias, M. Beerman, K. Mabea, G. Cann Rodgers (F)
Player tal-Logħba: Joseph Essien Mbong (H)


