Wednesday, October 9, 2024

Ħelsien mill-arrest għar-raġel mixli li ta daqqa ta’ sikkina lil ieħor f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena minn Ħal Qormi tressaq il-Qorti mixli b’aggressjoni fuq raġel ieħor u li ġarr fuqu arma mingħajr permess fi Triq il-Wied f’Birkirkara il-Ħadd filgħaxija.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest ta’ Cranston Portelli, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona għal din it-talba minħabba s-serjetà tal-każ. Fil-Qorti qamet kwistjoni bejn il-partijiet involuti minħabba li minkejja l-ġrieħi kkaġunati kienu ċċertifikati bħala serji, ir-raġel rikoverat l-isptar qam jieħu r-ritratti u jikteb fuq Facebook. 

Id-difiża mmexxija mill-avukat Mario Mifsud talbet għall-ħelsien mill-arrest. 

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet din it-talba taħt numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li l-akkużat iħalli depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000, jiffirma kuljum l-għassa ta’ Ħal Qormi, li ma joħroġx bejn it-8:00 p.m u s-6:00 a.m u li ma jersaqx lejn ix-xhud.

Sport