Wednesday, April 24, 2024

Hibernians isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-iffirmar tad-difensur Lorenzo Fonseca

Aqra wkoll

Iċ-champions Hibernians saħħew l-iskwadra tagħhom bl-iffirmar tad-difensur Lorenzo Fonseca.

Fi stqarrija huma ħabbru: “Hibernians F.C. bi pjaċir iħabbru li d-difensur internazzjonali ta’ Cape Verde ta’ 24 sena Lorenzo Fonseca ffirma mal-club.”

“Id-difensur żagħżugħ beda l-karriera tiegħu mat-team Olandiż Sparta Rotterdam, fejn qatta’ l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu f’livell tal-youths, qabel ingħaqad mat-team Portugiż Academica Coimbra f’Lulju 2021. Fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, ingħaqad mat-team tal-BOV Premier League f’pajjiżna Santa Lucia F.C.”

“Nixtiequ nilqgħu lil Lorenzo fil-klabb u nawgurawlu l-aħjar xortih fl-istaġun li ġej.”

Sport