Tuesday, April 30, 2024

Ħidma kontinwa biex triq fl-Imqabba tinfetaħ mill-aktar fis b’mod sigur

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Infrastructure Malta kkonfermat li bħalissa fi Triq Tas-Sejba fl-Imqabba, numru ta’ ħaddiema għaddejjin b’ħidma biex jinġabru kampjuni tal-pedamenti tal-istess triq.

Dan qed isir biex issir rikostruzzjoni mill-aktar fis possibbli wara li madwar ġimgħa ilu, Infrustructure Malta kienet ħabbret li se tkun qegħda twettaq intervent urġenti f’din it-Triq.

Minħabba f’hekk b’mod immedjat, minn kantuniera ma’ Triq il-Parroċċa sa kantuniera ma’ Triq il-Madonna tal-Ġilju, qiegħda tinżamm magħluqa sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.

F’kummenti lill-midja l-Perit Raphael Abdilla kkonferma li partijiet minn din it-triq kienu qegħdin iċedu u partijiet li saħansitra ggravaw riċentament. Parti mill-konsegwenza ta’ fejn ċediet it-triq hemm il-fatt li meta din twessgħet għal żewġ karreggjati, parti mill-estenzjoni saret fuq barriera mimlija.

Il-perit qal li ddeċidew li ma kinitx għadha sigura li tibqa’ miftuħa u għaldaqstant se tiġi dissinjata struttura ġdida li żżomm it-triq. Qal ukoll li se tkun qiegħda ssir analiżi tas-servizzi tad-dranaġġ eżistenti biex jistabbilixxu jekk sarux xi ħsarat jew jekk saħansitra għandux jinbidel.

Sport