L-għalliema studenti li jkunu qed jgħallmu fl-iskejjel bħala parti mit-taħriġ tal-kors universitarju, se jkunu qed jitħallsu ta’ xogħolhom. Dan se jkun qed isir għall-ewwel darba.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi stqarrija qal li għadhom kemm ġew iffirmati 140 ‘warrant’ biex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jibdew l-esperjenza prattika tat-tagħlim.
Huma se jkunu qed jingħataw ħlas ta’ €825.60 għal min għandu 4 ġimgħat ta’ prattika, u €1,032 għal dawk li jagħmlu 8 ġimgħat ta’ prattika.
Ġie enfasizzat li l-10 studenti universitarji li kienu ġew assenjati klassijiet tal-primarja ngħataw l-istess ‘year group’ biex ix-xogħol preparatorju li għamlu ma jintilifx.