Wednesday, December 25, 2024

i-Ċittadin – Pjattaforma Digitali… L-ewwel kandidat politiku li juża mod innovattiv biex iċ-ċittadini jkollhom vuċi

Aqra wkoll

Il-Kandidat Laburista fuq l-1 u t-3 distrett, Ray Abela, huwa l-ewwel kandidat politiku li qed juża’ kunċett tassew innovattiv biex iċ-ċittadini jkollhom vuċi.

Huwa qed jagħmel dan permezz ta’ pjattaforma elettronika bl-isem ta’ ’i-Ċittadin’ li l-għan tagħha huwa biex jagħti liċ-ċittadini l-abbiltà li jirreġistraw każ direttament miegħu u mat-tim tieghu.

Il-pjattaforma elettronika hija maħluqa b’mod sempliċi biex dak li jkun jista’ jressaq l-ilment tiegħu billi jsegwi numru ta’ istruzzjonijiet. Dan isir billi ssegwi lista ta’ għażliet li jeħtieġ li jimtlew u li tiddeskrivi l-każ li ċ-ċittadin jixtieq iwassal. 

YouTube video

Permezz ta’ din il-pjattaforma elettronika, iċ-ċittadin tassew qed jingħata l-importanza li jistħoqqlu u jingħata aktar serħan tal-moħħ. Punt ieħor li jagħmel ‘i-Ċittadin’ tassew attraenti biex tintuża huwa li dan kollu jista’ jsir mill-kumdità tad-dar tal-persuna li tkun qed tressaq l-ilment u b’hekk jitnaqqas l-iskariġġ li wieħed ikollu jmur x’imkien biex jagħmel dan.

Meta wieħed juża’ ‘i-Ċittadin’, huwa jidħol direttament fis-sistema tal-Customer Care tal-istess kandidat. Iċ-ċittadini jistgħu wkoll itellgħu ritratti, pdf u fajls tad-dokumenti biex isostnu l-każ tagħhom. Ladarba l-formola titlesta, il-persuna tirċievi rikonoxximent u telefonata ta’ segwitu mit-tim ta’ Abela.

Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-ipproċessar u l-ħażna kollha ta’ din l-informazzjoni se jinżammu f’kunfidenza stretta u konformi mal-GDPR, kif indikat fl-aħħar tal-formola elettronika.

Din hija tassew il-politika moderna fejn ikun hemm kuntatt aktar maċ-ċittadini f’dawn iż-żminijiet.

Għal min forsi mhux daqshekk midħla tat-teknoloġija, il-Kandidat Ray Abela kuljum qiegħed ikun man-nies fi djarhom kif ukoll mill-uffiċċju tiegħu ġewwa ż-Żejtun biex jisma mingħand in-nies. Dan għaliex, l-idea u l-filosofija ta’ Abela minn dejjem kienet li jkun aktar qrib lejn iċ-ċittadin.

Għal aktar informazzjoni, idħol fuq: http://www.rayabela.com/#icittadin

Ekonomija

Sport