Tuesday, April 23, 2024

Iċċedi binja ta’ 25 sular fin-Niġerja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Struttura ta’ 25 sular li kienet qiegħda tinbena fin-Niġerja ċediet u ħalliet mill-anqas erba’ persuni mejtin u aktar minn 100 ħaddiem maħsubin li nqabdu qalb it-tiġrif.

Ibrahim Farinloye mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Emerġenza qal li s’issa l-uffiċjali rnexxielhom isalvaw erba’ persuni u rkupraw erba’ katarvi minn qalb it-tiġrif.

Intant filwaqt li membri tas-salvataġġ jinsabu għaddejjin fi ġlieda kontra l-ħin biex iħaffru fis-sit f’Ikoyi, għexieren ta’ residenti rrabjati nġabru fil-post biex isemmgħu leħinhom għax skonthom l-operazzjoni ta’ salvataġġ miexja bil-mod ħafna.

Sport