B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.
Il-każ seħħ dalgħodu meta ċediet gallarija tal-ewwel sular f’binja abbandunata li hemm fuq ħanut fl-istess triq.
Il-pulizija min-naħa tagħhom intalbu jintervjenu fil-post fejn anke għalqu l-aċċess biex jipprvjenu l-periklu għall-pubbliku.
Ġew infurmati membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ntalbu jeliminaw il-periklu biex il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa l-bankina b’mod sigur.