Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u Chairperson tal-OSCE, Ian Borg, dalgħodu qiegħed jilqa’ lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin, ambaxxaturi u diplomatiċi li llum se jattendu għall-31 Kunsill Ministerjali tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE).
Għal dan is-summit li qiegħed jittella’ f’MFCC f’Ta’ Qali, pajjiżna se jilqa’ aktar minn 800 delegat mill-57 stat parteċipant tal-OSCE. Malta, li għandha l-Presidenza ta’ din l-Organizzazzjoni, qiegħed ikollha rwol kruċjali fid-djalogu għall-paċi u s-sigurtà.
Fil-fatt, il-Prim Ministru Robert Abela diġà aċċenna l-ħtieġa ta’ djalogu u koperazzjoni quddiem kunflitti kurrenti li jinkludu dawk fil-Lvant Nofsani, l-Ukrajna l-Libja. Djalogu li ħafna qegħdin jistennew li jibda grazzi għal din il-konferenza tal-OSCE f’Malta.