Saturday, May 4, 2024

Id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali jxejjen allegazzjonijiet foloz

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ċċara għadd ta’ allegazzjonijiet li ngħad li huma foloz, mgħamula minn persuni fuq il-midja soċjali li skont id-direttorat mhumiex infurmati.

Dwar il-klieb tar-razza Pitbull li qiegħed ikun allegat li jitraqqdu minħabba r-razza tagħhom, l-istqarrija tgħid li sa din is-sena stess id-Direttorat sab dar ġdida lil 21 kelb li huwa jew ta’ din ir-razza jew razza mħallta. Barra minn hekk fil-preżent hemm 23 kelb ieħor ta’ din ir-razza li qegħdin jinżammu mill-istess direttorat.

Id-Direttorat għamilha ċara li l-allegazzjonijiet li d-Direttorat qed iraqqad klieb kawża ta’ nuqqas ta’ spazju hija allegazzjoni falza.

Rigward l-allegazzjonijiet dwar klieb li huma aggressivi qed jitraqqdu, Id-Direttorat qal li dawn huma foloz hekk kif is-sezzjoni tal-klieb għandha diversi klieb li huma meqjusa aggressivi u hemm numru ta’ persuni li jħarrġu l-klieb li ġew ikkonsultati.

Spjega kif sfortunatament, f’okkażjonijiet rari, id-Direttorat kellu jieħu deċiżjoni diffiċli biex iraqqad kelb kawża tal-kundizzjoni medika jew kundizzjonijiet serji oħra. Spjegaw kif id-Direttorat ma jistax jieħu riskju jekk kelb ikollu jkun tant aggressiv li jkun qiegħed ipoġġi f’riskju l-ħajja ta’ min jasal jaddottah jew l-istess membri li jieħdu ħsiebhom.

Sport