“Id-diskors tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov fl-OSCE, insema’ qisu testimonjanza minn ‘dinja parallela”. Dan iddijaraw il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tan-Norveġja, Espen Barth Eide. Hu ddikjara li r-Russja qiegħda tikser il-prinċipji kardinali tar-relazzjonijiet internazzjonali.
Hu saħaq li r-Russja qiegħda tikser kemm l-Att Finali ta’ Helsinki u ċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti. Tenna li “regola numru wieħed fil-qasam internazzjonali hi dik li inti m’għandekx tinvadi u tokkupa pajjiżi barranin. Għandek tirrispetta s-sovranità. Għandek tirrispetta l-integrità territoriali. Dan hu dak li r-Russja mhux qiegħda tagħmel”.
Waqt li ddikjara li d-diskors ta’ Lavrov kien qisu testimonjanza minn dinja oħra, qal li “imma ħadd mhux se jitqarraq b’dak li qal. Nafu eżattament x’inhu għaddej. L-Ukrajna trid tirbaħ u se tirbaħ din il-gwerra. Qegħdin ħafna pajjiżi li qegħdin nappoġġjaw lil Ukrajna f’din il-ġlieda eroika li qiegħda tagħmel. Ġlieda li qiegħda ssir mhux biss għall-indipendenza tagħha imma anke għal prinċipji li aħna naqsmu bejnietna u li nemmnu fihom”.