Thursday, February 27, 2025

Id-drums ta’ Jake jingħataw b’donazzjoni lil Puttinu Cares

Aqra wkoll

Il-ġenituri ta’ Jake Vella, qal li se jkunu qegħdin joffru d-drums ta’ binhom lil Puttinu Cares biex b’hekk jingħataw lil min joffru l-aqwa prezz għalihom.

“It-tifel tagħna kellu mħabba kbira u passjoni lejn il-mużika, u d-drums kienu parti mill-vjaġġ li għamel f’din id-dinja,” qalu l-ġenituri.

Kull ewro li se jkun qiegħed jinġabar minn dawn id-drums se jmur għand Puttinu b’għajnuna lill-familji fil-bżonn.

Id-drums ma kienux biss strument għal Jake, iżda kienu simbolu ta’ saħħa, imħabba u determinazzjoni. “Nisperaw li dawn id-drums imorru f’dar fejn hemm ikomplu joħolqu aktar mużika u ferħ,” temmew jgħidu l-ġenituri ta’ Jake Vella.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport