Yendmanuel Gonzalez huwa r-raġel mill-Venezuela li tilef ħajtu aktar kmieni dalgħodu fl-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00a.m. fi Triq tal-Qroqq l-Imsida.
Din l-aħbar traġika ħalliet lil bosta ħbieb tiegħu maħsuda hekk kif b’emozzjoni kbira qalu li tilfu ħabib kbir. Huwa kellu 32 sena.
Persuni li kienu jafuh qalu li ċertament se jibqgħu jiftakru t-tbissima sabiħa tiegħu, il-pożittività u l-passjoni li kellu għall-mużika tant li kien deskritt bħala mużiċist fenomenali.