Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Robert Mangion u Grazio Mercieca, ħassret sentenza ta’ kumpens li l-Ewwel Qorti kienet ordnat li jingħata lil mara li kienet spiċċat vittma wara li tfajla qabżel minn fuq is-sur u ġiet fuqha.
L-inċident kien hemm fit-12 ta’ Settembru tal-2008 waqt li t-tfajla li dakinhar kellha 17-il sena kienet bilqegħda fuq ċint tas-Swar ta’ Santa Barbara fil-Belt, fejn wara argument mal-ġuvni li kienet miegħu qabżet minn fuq l-istess swar u ġiet fuq mara li kienet bil-qiegħda fuq bankina.
Il-vittma kienet talbet għal kumpens minħabba l-ġrieħi li sofriet u l-Ewwel Qorti kienet ordnat li l-ġenituri tat-tfajla jagħtuha kumpens ta’ €190,000.
Fis-sentenza tagħha l-Ewwel Qorti kienet laqgħet it-talba fej tat 60% tort tal-inċident lit-tfajla u 40% tat-tort lill-ġenituri.
Iżda l-ġenitrui appellaw minn din is-senetenza fejn spejgaw li binthom kellha dipressjoni għax ma kinitx għaddiet mill-eżamijiet u anke kienet ġie ibbuljata għax kellha n-nuċċali.
Fost dawk li xehdu kien hemm psikjatra fejn qal li t-tfajla kienet tbati minn ‘borderline personality disorder’ liema diżordni tagħmilha faċli għal persuni li jipprovaw jwettqu suwiċidju. Dawn il-persuni minkejja li jistgħu jingħataw kura, huma diffiċli ferm li joħorġu minn din is-sitwazzjoni.
Il-Qorti tal-Appell wara li semgħet il-provi qalet li ma tressqet ebda prova li l-ġenituri kkontribwew b’xi mod għall-istat mentali ta’ binthom.
L-Imħallfin qalu li hekk kif il-ġenituri ndunaw li binthom kellha BPD mill-ewwel ħadha għal kura u meta kienet id-dar dejjem żammewha taħt għajnejhom.
Kienu t-tobba li meta raw li l-kundizzjoni tat-tfajla ġiet xi ftit għal aħjar kienu taw partit lill-ġenituri biex jħalluha toħroġ.
Il-Qorti qalet li l-ġenituri ma setgħux jobsru dak li għamlet u għalhekk laqet it-talba tagħha fejn ħassru s-sentenza fejn kienu ordnati jagħti €190,000 f’kumpens lill-mara.