Ftit tal-ħin ilu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu mpenjati biex jikkontrollaw nirien fil-fabbrika Vitafoam Malta li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann.

Jirriżulta li n-nirien ġew ikkontrollati fi ftit ħin u għalhekk ma jidhirx li saru ħsarat kbar. Minkejja dan fuq il-post għad hemm diversi vetturi tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll diversi uffiċjali tal-pulizija.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Aktar dettalji kif jaslulna.