Wednesday, July 24, 2024

Ikkontrollati nirien f’garaxx fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tal-4.20 a.m., id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċieva rapport dwar nirien f’garaxx fiż-Żurrieq.

Il-pumpiera mill-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far u Kordin marru minnufih fuq il-post u bdew b’ħidma biex jitfu n-nirien, li sussegwentement ġew ikkontrollati u s-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal. 

Din l-operazzjoni tmexxiet mid-Direttur tal-Operazzjonijiet fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Anthony Pisani.

Ekonomija

Sport