Tliet irġiel Messikani ġew ikkundannati 158 sena ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li qatlu żewħ aħwa Awstraljani u anke ħabib tagħhom li hu Amerikan.
Il-vittmi huma Jake u Callum Robinson flimkien ma’ Carter Rhoad li nqatlu fl-2024. Huma kienu qatlu waqt attentat ta’ serqa fuq it-trakk tagħhom waqt li kienu fuq vjaġġ tas-surfing.
Mill-ewwel kienet bdiet investigazzjoni li wara ġiimgħa kienu nstabu l-katavri tagħhom f’bir. Huma nstabu li nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar f’rashom. Dan il-qtil kien ixxokkja lil ħafna b’mod speċjali lil Awstralja minħabba li ż-żona fejn seħħ kollox kienet meqjusa bħala sigura.
Il-qattiela ġew identifikati bħala Jesús Gerardo, Irineo Francisco u Àngel Jesús. Is-sena l-oħra, l-għarusa ta’ Gerardo ġiet ikkundanata 20 sena ħabs talli kienet wkoll involuta fis-serqa.




