Sunday, November 24, 2024

“Il-biedja nemmen li tkun iktar sostenibbli jekk tkun organika u jitnaqssu l-pestiċidji”

-Il-Ministru Anton Refalo

Aqra wkoll

“Il-biedja nemmen li tkun iktar sostenibbli jekk tkun organika u jitnaqssu l-pestiċidji u l-fertilizzanti sintetiċi. Qed nippromwovu l-Gvern il-biedja organika għax din għandha rwol iimportanti fl-assigurazzjoni tal-ikel, issostni l-bijodiversita, tippromwovi u ttejjeb l-kwalitá tal-ħamrija”

Dan kien parti mid-diskors li qal il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, hekk kif fil-Parlament kien hemm il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2022

Il-Ministru Refalo qal li l-Gvern ħadem u għadu qed jaħdem fuq kull settur sabiex jintlaħqu diversi miri. B’referenza għas-settur tal-biedja u s-sajd, il-Ministru Refalo qal li s-sostenibilità tiswa kemm għas-setturi nfushom, kemm għan-nies li jaħdmu fihom u naturalment għall-ġenerazzjonijiet ta’ għada, imma wkoll għall-konsumaturi u għall-ambjent.

Il-Ministru tenna; “Aħna bħala Gvern investejna wkoll fil-biċċerja, kemm biex il-merħliet ikunu dejjem iktar reżiljenti u kemm biex din tasal tajba għand il-konsumatur. Nsemmi wkoll is-servizzi ta’ pariri lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda, li dawn jingħataw minn diversi esperti fl-oqsma rispettivi”.

Sport