Saturday, December 21, 2024

Il-Bord tal-ERA jżomm l-istatus ta’ protezzjoni ta’ Ħondoq ir-Rummien

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ħa deċiżjoni biex tinżamm l-istatus ta’ protezzjoni ta’ Ħondoq ir-Rummien kollu, inkluż il-Ħnejja. Din id-deċiżjoni kienet unanima.

Aktar kmieni din is-sena, Ħondoq ir-Rummien ġie nominat Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni. L-Artikolu 69 (6) tal-Att dwar il-protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549) jippermetti lil kull sid ta’ art li jħossu aggravat mill-protezzjoni ta’ sit li jitlob konsiderazzjoni mill-ġdid tat-titolu ta’ protezzjoni mogħti lill-art tiegħu fi żmien 30 jum minn notifika jew pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern. Minħabba f’hekk, tressqet talba biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-protezzjoni għal parti mis-sit minn sidien tal-art.

Wara valutazzjoni bir-reqqa, il-Bord ma sab l-ebda raġuni raġonevoli biex jerġa’ jikkunsidra t-titolu ta’ protezzjoni.

Id-deċiżjoni ngħatat waqt laqgħa pubblika tal-bord. Dan kien possibbli minħabba bidliet li saru s-sena l-oħra fl-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent, wara emendi li ġabu aktar trasparenza fil-laqgħat tal-Bord tal-ERA.

Ekonomija

Sport