Saturday, December 21, 2024

Il-BOV jitkellem mal-istudenti madwar Malta u Għawdex matul Fresher’s Week

Aqra wkoll

Għal darb’oħra, il-Bank of Valletta qed ikun preżenti f’diversi skejjel madwar Malta u Għawdex, għall-ġimgħa ta’ orjentazzjoni. B’enfasi qawwija fuq l-istudenti u l-esperjenza ġenerali tagħhom bħala klijent, l-għan ewlieni tal-Bank huwa li jinforma u joħloq djalogu, u b’hekk jiżgura li jibdew il-vjaġġ akkademiku tagħhom fuq nota pożittiva.

Wara li diġà kien preżenti u ltaqa’ mal-istudenti ġewwa l-Iskola Sekondarja Għolja u l-Istitut għall-Istudji dwar it-Turiżmu (ITS), it-tim tal-BOV issa qed iħejji ruħu biex iżur istituzzjonijiet ewlenin oħra, inklużi l-Junior College, l-MCAST, l-Università ta’ Malta, u s-Sixth Form  f’Għawdex.

Meta jżuru l-stand tal-BOV, l-istudenti jistgħu jagħmlu dak kollu neċessarju biex ikun jistgħu jiftħu l-kont tal-stipendi tagħhom faċilment, kif ukoll kwalunkwe servizz ieħor meħtieġ għall-finanzi tagħhom ta’ kuljum.

Kompetizzjonijiet u Sfidi Interattivi 

Din is-sena, il-BOV qed iniedi inizjattivi ġodda u eċċitanti mmirati speċifikament lejn l-istudenti. Il-kwizz Boss Up Your Financial Knowledge, huwa wieħed mill-elementi l-aktar popolari ta’ din is-sena. Wieħed jista’ jaċċessah mill-paġna tal-Bank fuq l-Instagram @bovclubofficial jew mill-istand tal-BOV.

Kulma wieħed irid jagħmel huwa jiskennja l-kodiċi QR u jwieġeb sett ta’ mistoqsijiet. B’hekk, l-istudenti jidħlu biċ-ċans li jirbħu. Dawk li jwieġbu minn tal-inqas 80% tal-mistoqsijiet tajbin, jidħlu f’lotterija. Sittax ir-rebbieħ se jkunu qed jirbħu vawċer ta’ €100 li jissarraf mingħand il-Eurosport kull wieħed.

Inizjattiva oħra li se ġġiegħel lill-istudenti jiċċaqalqu hija Boss up Your Healthier Self. L-istudenti fuq il-kampus se jkollhom sfida ta’ minuta biex jaqdfu kemm jistgħu fuq rota stazzjonarja. L-erba’ parteċipanti li jtellgħu l-aktar kilometri se jiġu mistiedna għall-finali.

Ir-rebbieħ  se jirċievi vawċer  ta’ €300 mingħand il-Eurosport. Barra minn hekk, il-kilometri kollha koperti matul l-isfida se jikkontribwixxu għal donazzjonijiet ta’ roti li l-Bank se jagħti lill-Iskola ta’ St Patrick. Kull parteċipant li jidħol għall-isfida se jingħata BOV Tumbler u energy bar.

Ir-rota stazzjonarja diġà dehret fl-Iskola Sekonadarja Għolja, u dalwaqt se tkun fl-Università ta’ Malta u l-MCAST.

L-Importanza tal-Benessri Finanzjarju


Il-BOV jagħraf kemm huwa importanti li l-istudenti jitgħallmu dwar il-benesseri finanzjarju minn età żgħira. Billi jitkellem direttament mal-istudenti, il-Bank għandu l-għan li jiggwidahom biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati matul ħajjithom, fosthom dwar infiq bil-għaqal, drawwiet ta’ tfaddil u l-għoti ta’ riżorsi biex jiggwidawhom lejn stabbiltà finanzjarja fil-ġejjieni tagħhom.

Ingħaqad magħna u Ġemma’ r-Rigali tal-BOV

It-tim tal-BOV se jkun preżenti f’bosta skejjel, jitkellem mal-istudenti u jqassam rigali esklussivi tal-BOV lil dawk li jżuru l-istand tagħhom, sakemm jispiċċaw l-istokks. Din hija opportunità perfetta għall-istudenti biex jitgħallmu aktar dwar il-prodotti u s-servizzi tal-BOV waqt li jgawdu mir-rigali tal-Bank.

 “Aħna eċċitati li se nkunu qed niltaqgħu mal-istudenti b’mod dirett matul il-Fresher’s Week”, qal Daniel Magrin, il-Kap tal-Marketing u l-Product Lifecycle.  “Għalina, l-istudenti huma fil-qalba tal-inizjattivi tagħna, u l-għan tagħna huwa li ntejbu l-esperjenza tagħhom magħna billi nagħtuhom opportunitajiet biex jitgħallmu, jikbru, u naturalment igawdu.

Kemm jekk permezz tal-kompetizzjonijiet tagħna kif ukoll permezz tal-esperjenza tal-klijent, aħna impenjati li nagħmlu impatt sinifikanti fuq il-ħajja tal-istudenti. 

Segwi l-BOV Club fuq Instagram għal aktar aġġornamenti u ngħaqad magħna matul l-attivitajiet ta’ Fresher’s Week!

Ekonomija

Sport