Thursday, March 28, 2024

Il-Brittaniċi wkoll jinjoraw il-lockdown u jerħulha lejn il-bajjiet

Aqra wkoll

Aġir li rajnih wkoll f’pajjiżna lbieraħ, hekk kif sebaħ temp sajfi

L-imxija tal-COVID-19 kulma tmur qed tkompli tirranka, speċjalment f’pajjiżi li bdiet aktar tard minn oħrajn. Preżentament, ir-Renju Unit jinsab f’lockdown, bil-ħsieb li l-virus jonqos radikalment u gradwalment permezz ta’ din il-miżura. Madanakollu, hekk kif ilbieraħ il-knisja Kattolika ċċelebrat il-Ġimgħa l-Kbir u sussegwentament għada se tkun qed tiċċelebra l-Għid il-Kbir, kienu ħafna l-Brittaniċi li njoraw il-miżuri imposti u rħewlha lejn il-baħar biex jilaqgħu x-xemx.

F’pajjiżna, numru sostanzjali ta’ Maltin u barranin għamlu l-istess. Fil-fatt wieħed seta’ jinnota li l-bajja ta’ Għajn Tuffieħa kienu mimlia ġmielha u dan fil-ġimgħa meta pajjiżna rreġistra aktar każi tal-imxija tal-Covid-19 u l-ewwel żewġ imwiet kawża ta’ dan il-virus. Hija verament ħasra li l-aġir irresponsabbli ta’ minoranza jista’ jsarraf fi traġedja għall-maġġoranza li tobdi lill-awtoritajiet tas-saħħa u qed tibqa’ f’darha.

Ritratt meħud ilbieraħ juri gruppi ta’ nies fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa

Ma naqasx li fid-dawl ta’ dak li seħħ ilbieraħ, il-Kap tal-Infermiera Paul Buttigieg, inkorla u f’messaġġ emozzjonanti saħaq li l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa m’għandhomx bżonn ċapċip, ikel jew kant iżda ubidjenza mill-poplu kollha biex dan joqgħod ġewwa sakemm negħlbu din il-battalja.

Ekonomija

Sport